06 IlKotra













YOUR LINK HERE:


http://youtube.com/watch?v=RO2mQ60mG58



No Bling Show Full Album: http://soundsagacity.com/css016.html • LIRIKA AW TAHT: • ' Il-Kotra qamet f'daqqa u għajtet, • Jien Maltija! • Miskin min ikasbarni, miskin min jidħak bija! • Il-kotra għanniet f'daqqa u semmgħet mal-irjieħ • L-innu ta' Malta tagħna u l-leħen kien rebbieħ • fuq ngħas l-imgħoddi ġwejjef - • in-ngħas tal-apatija - • x'ħin ruħna kienet rieqda • ġo sodda barranija, • U l-ombra ta' Vassalli qamet minn qiegħ il-qabar • U għajtet!... (U għajtet!)... • Jon: • Jistgħu jiħdulna ġisimna • imma ruħna hemm ħa tibqa', • Jien iljun tal-Mulej, • Minn Napuljun jien ħa nibża'?! • Ħuti ifirħu, • Duru spalla ma' spalla. • M' Alla ħa jilqagħna • kif dil- balla tilaqha lil qalbna • Mulej, jien Mikiel, • Qaddej tiegħek minn dejjem. • Anke kif lili l-għadu Franċiż • jisfila bħal bhejjem. • F'karretta, b'xkubetta, • Jgħassisna sal-pjazza, • Sal-qatla nidħak għax rewwixta • ppjanata b'imħabba. • Għall-art li int tajtna • bil-mibegħda għall-ġuħ. • Ħuti, isimgħuni, • Kunu sawma mid-dmugħ. • Eħilsulna r-ruħ! • Mon frère, immira għal qalbna. • Għandi ġiex kelmiet għalikom: • Viva Malta! • Ritornell: • Il-Kotra qamet f'daqqa u għajtet, • Jien Maltija! ... u għajtet, • Jien Maltija! ... u għajtet, • Jien Maltija! • Il-Kotra qamet f'daqqa u għajtet, • Jien Maltija! • Miskin min ikasbarni, miskin min jidħak bija! • • Lapes: • Ommi kienet tgħidli: • Manwel min twieled • ġewwa dal-imbierek pajjiż dar missierek? • Int trid b'hekk tiġġieled , • Ma tridx tibqa' sieket. • Għalih ibqa' ssielet, • Pajjiż qabel bwietek. • Tistħix tirribatti. • Illum se nagħti b'Malta f'moħħi. • Data: sebgħa ta' Ġunju, ġewwa Strada Forni. • Jien Malta mrobbi, għandi l-arma f'ħobbi. • Il-bandiera Ingliża ġejna nwaqqgħu b'xorti. • Manwel hemm tidħolx għax mhux sa ssalva! • Mhux la darba għandi qalbi bajda u ħamra! • Manwel, le aħrab, tlaqna għalihom! • Malta hi tagħna, tlaqna għalihom! • Ritornell: • 'Il-Kotra qamet f'daqqa u għajtet, • Jien Maltija! ... u għajtet, • Jien Maltija! ... u għajtet, • Jien Maltija! • Il-Kotra qamet f'daqqa u għajtet, • Jien Maltija! • Miskin min ikasbarni, miskin min jidħak bija! ' • (Diskors tal-eks Prim Ministru Dom Mintoff) • Is-sena tal-prova waslet: • Il-poplu Malti, li fl-imgħoddi tant iġġieled battalji ta' ħaddieħor, • Issa wasal biex juri lid-dinja jekk vera kibirx • u sar nazzjon... • Jon: • Mal-progress id f'id • Imxejna 'l hemm bilmod. • Hemm fej' il-ġid qrib • b'widnejn għall-kenn 'il bogħod. • Mis-sejħa għall-ġens ġdid • inħbejna f'ġenn kbir. • Begħna s-sehem, kif • 'qas bkejna d-demm? • X'Vassalli? L-anġli?! • Dalli, • Maġistrati, • Pirati primi privatizzati! • Imbagħad iċ-ċuċ • jgħid lill-għami li trux. • Ċirku straġi vizzjuż, • iqaqi d-daħk il-buffu waqt li • jċapċap lill-mitluf. • • Il-vapur ġie bla kaptana fit-tmun. • Il-ġust ġie marbut • jew qiegħed f'but • ta' xi għani bil-flus. • Tilfuh il-qlugħ nissuspett' anzi bigħuh. • Malta xebba li mxebba' titqaħħab • bla mħabba bina mbażwra fil-ġuf. • Ajkla mħeddla tħuf bla ġwenħajha tax-xellug. • Ħmara ddur mas-sienja, • Għal lemin xbin ħa jġebduk. • Salt ħin ha jtellfuk. • Sar il-ħin, David, qum, • Fittixna lil Gulija - • Kull Malti jgħanni llum! • Lapes: • Merħba Malta... • Fej' kien beda l-għana. • Taqa' demgħa hekk kif tara dak li vera ġralna- • Tħoss kif • Malta m'għandna l-ebda tama, • Post fqir, • Li ġa spiċċajna ġebla waħda: Konkrit! • • Għandna post qiegħed imdawwar b'arja tossika. • Marda f'nofs poplu, • B'Dellimara tħoss l-impatt. • Tħallas kont fix-xahar, • Tiġbed skoss mit-trab, • Mill-ġuf toħroġ xi tarbija bla moħħ tista'. • • Toqtol nofs it-tfal. • Int suppost taf tara kollox bħal dal-linji bojod fis-sħab. • Ngħix għall-ħolma li nasal - aktar mislub. • Ħwejġi kollha mqatta' - l-aktar il-but. • • Ħriġt nirvilla spiss, mhux għax sibt in-niżla biss. • Suldat ridt li nibqa' biss, kun af jien bil-pinna ħlift. • Kulħadd jibqa' jaħbi, biss illum, din il-gidba kxift: • Jitla' ż-żejt f'wiċċ l-ilma - mhux għall-korrott tfisser biss! • Jon: • Issa Vassalli jsalli, Xerri jistmerr • li l-kotra saret merħla u r-ragħaj qatlu l-imerri. • Il-kotra ta' Kajjina, issa Ġakbina. • Għal-lira tberbaq id-dmija ta' mifdija. • Is aħbi jdek Kajjina! • Imma ftakar li għad tidher quddiem Alla • u fil-qabar ma ssibx sabar • Vassalli jsalli, Xerri jistmerr • li l-kotra saret merħla u r-ragħaj qatlu l-imerri... • (shhhhh) • Kompli orqod, ma ntellfekx • Ħajr lil Dr. Phyllisienne Gauci u lil Dr. Robert Vassallo talli kienu l- qarrejja tal- provi tal- lirika ta l-album

#############################









Content Report
Youtor.org / YTube video Downloader © 2025

created by www.youtor.org