Kurunella talHniena Divina bilMalti











>> YOUR LINK HERE: ___ http://youtube.com/watch?v=YoP1Mh0KY9U

Għal aktar tagħrif dwar il-Kurunella u l-Ħniena Divina, żur dan is-sit bil-Malti: https://djarjutasantafawstina.wordpre... • IS-SIEGHA TAL-HNIENA DIVINA (3pm) • • Is-Sinjur Gesu' talab lil Swor Fawstina li tiftakar fil-mewt Tieghu fuq is-salib u timmedita fuq il-Passjoni tieghu fit-tlieta ta' wara nofs in-nhar. • 1320 Fit-Tlieta ta' wara nofs in-nhar itlob lil Hniena Tieghi ghal midimbin; u anki jekk ghall-mument qasir erfa hsibijietek fil-Passjoni tieghi, partikolarment fl-abbanduna tieghi waqt l-agunija. Din hija s-siegha tal-Hniena Kbira ghad-dinja kollha. Inhallik tifhem mill-liema dieqa ghaddejt. F'din is-siegha Jiena ma nirrifjuta ebda haga lil dik ir-ruh li titlobni xi haga ghall-merti tal-Passjoni tieghi. • • 1572 Infakkrek Binti li kull darba li tisma l-arlogg idoqq it-tlieta, ahseb fil-Hniena tieghi, aduraha u igglorifikaha. Itlob ghad-dinja kollha permezz tal-qawwa taghha u partikolarment ghall-midimbin. Ghaliex dak il-hin il-Hniena tieghi kienet miftuha berah ghal kull ruh....... Binti aghmel li tista biex titlob permezz tal-Via Sagra f'din is-siegha, jekk dmirijiet jippermettulek, u jekk ma tkunx tista taghmel il-Via Sagra ghal inqas ghamel dahla qasira fil-kappella u ghall-mument adura l-Qalb tieghi kollha Mhabba fis-Sagrament ta' l-Ewkaristija u jekk anqas ma tkun tista taghmel ingabar f'talba fejn tkun anke jekk ghal hin qasir. Jiena nitlob qima ghall-Hniena tieghi minn kull kreatura. • Pagna 234 • Issalva midneb fil-punt tal-mewt tieghu permezz tal-Kurunella tal-Hniena Divina. • Wara dan, Gesu' talab lil Swor Fawstina, Binti ghini nsalvah. • Hija tikteb dak li ghadda minn ghaliha. Meta bdejt nghid il-kurunella, ilmaht ir-ragel qed imut fost turmenti tal-biza. L-anglu Kustodju tieghu kien qed jiddefendih, imma hi kien, bhallikieku, bla sahha, kontra il-hazen ta' dnubietu. Numru kbir ta' xjaten kienu lesti biex jiehdu dik ir-ruh. Imma waqt li kont qed nghid il-kurunella rajt lil Gesu' precizament kif kien fix-xbieha. Mill-Qalb ta' Gesu' hargu raggi li ghattew li marid aggonizanti u il-qawwiet tad-dlamijiet thawdu u ghebu. Il-bniedem aggonizanti ha l-ahhar nifs tieghu fil-paci. Meta gejt f'tieghi fhimt kemm hija mportanti li nghidu l-kurunella ghal dawk li jkun qed imutu. Ittafi wisq il-korla ta''Alla. (1565) • Pagna 261 • Il-Qawwa Kbira tal-Kurunella tal- Hniena Divina li twaqqaf tempesta. • Lejla wahda lejn l-ahhar jiem ta' Mejju Swor Fawstina qamet mir-raqda taghha minhabba tempesta kbira. Hija tiddeskrivi t-tempesta hekk: Il-lum tempesta qalila qajmitni mir-raqda tieghi. Ir-rih kien ivenven u x-xita kienet niezla bla waqfien filwaqt li s-sajjetti u r-raghda kienu ifaqqghu bla hniena. Dak il-hin jien tlabt li dik it-tempesta ma taghmel ebda hsara meta f'daqqa wahda smajt il-kelmiet, Ghid il-kurunella li ghallimtek u t-tempesta tieqaf. Jiena minnufih bdejt nghid il-kurunella u ma kontx ilhaqt spiccajt li t-tempesta ma waqfitx f'daqqa. U jiena smjat dawn il-kelmiet: Permezz tal-kurunella inti takkwista kull ma trid jekk dak li titlob ikun jaqbel mar-rieda tieghi. (1731)

#############################









New on site
Content Report
Youtor.org / YTube video Downloader © 2025

created by www.youtor.org