IrRuzarju tadDawl masSorijiet Klarissi











>> YOUR LINK HERE: ___ http://youtube.com/watch?v=fqbV7hny3yE

Blog: http://klarissimalta.blogspot.com.mt/... • Facebooks • Malta: https://m.facebook.com/profile.php?id... • Għawdex: https://www.facebook.com/klarissi.goz... • Bidu • Alla tagħna, isma' t-talb tagħna, eħles għinna u ieqaf magħna. (Filwaqt li jintrad is-Salib) • Glorja lill-Missier, u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu. Kif kien fil-bidu, issa u dejjem, u jibqa' għal dejjem ta' dejjem. Ammen. • (jingħadu qabel jitħabbar kull il-misteru) • Marija Santissima, urina li inti ommna: għalik jisma' t-talb tagħna, Ġesú li twieled għalina u ried ikun bniedem bħalna. • O Ġesú tiegħi, aħfrilna dnubietna, eħlisna min-nar tal-infern; ħu l-Ġenna l-Erwieħ kollha, l-aktar dawk li għandhom bżonn tal-ħniena tiegħek. • Il-Misteri tad-Dawl (jingħad il-Ħamis) • 1. Meta Sidna Ġesú Kristu tgħammed ix-xmara Ġordan. (Mt 3:13.17) • 2. Meta Sidna Ġesú Kristu wera min hu fit-tieġ ta’ Kana. (Ġw 2: 1.12) • 3. Meta Sidna Ġesú Kristu ħabbar is-Saltna t’Alla u sejjaħ għall-indiema. (Mt 5:1.12) • 4. Meta Sidna Ġesú Kristu tbiddel quddiem l-Appostli fuq il-muntanja Tabor. (Mk 9: 2.13) • 5. Meta Sidna Ġesú Kristu waqqaf l-Ewkaristija, it-tifkira tal-Misteru tal-Għid. (Mt 26: 17.29 • Missierna, Sliema u Qaddisa għal-għaxar (x10) darbiet, u Glorja • Missierna li inti fis-Smewwiet, jitqaddes Ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-sema hekkda fl-art. Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum, aħfrilna dnubietna bħalma naħfru lil min hu ħati għalina, u la ddaħħalniex fit-tiġrib iżda eħlisna minn kull deni. Ammen • Sliema għalik, Marija, bil-grazzja mimlija. Il-Mulej miegħek, imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesù. Qaddisa Marija, Omm Alla, itlob għalina, midinbin, issa, u fis-siegħa tal-mewt tagħna. Ammen • Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu. Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, u jibqa' għal dejjem ta' dejjem. Ammen. • SALVE REGINA • Sliem għalik, Sultana, Omm tal-ħniena, ħajja, ħlewwa u tama tagħna. Sliem għalik, lilek ingħajtu, aħna, turufnati, ulied Eva. Lilek nitniehdu, aħna li nibku u nolfqu f’dan il-wied tad-dmugħ. Ejja mela, avukata tagħna; dawwar lejna dawk l-għajnejn tiegħek tal-ħniena. Urina, wara dan it-turufnament, lil Ġesù frott imbierek tal-ġuf tiegħek, o ħanina, o pija, o ħelwa, Verġni Marija. • Itlob għalina qaddisa Omm Alla: • Biex ikun jistħoqqilna dak li wegħdna Kristu. Ammen • • Skond il-fehma tal-Papa: Missierna, Sliema u Glorja • Għall-Erwieħ tal-Purgatorju: • Agħtihom, O Mulej il-Mistrieħ ta' dejjem; • id-dawl ta' dejjem jiddi fuqhom, • jistrieħu fil-paċi. Ammen • IL-LITANIJA TAL-MADONNA • Mulej, ħniena. Mulej, ħniena • Kristu, ħniena. Kristu, ħniena • Mulej, ħniena. Mulej, ħniena • Kristu, ismagħna. Kristu, ismagħna • Kristu, ilqa’ t-talb tagħna. Kristu, ilqa’ t-talb tagħna • Għall-invokazzjonijiet li ġejjin wieġeb, “Ħenn għalina” • Missier Etern Alla. “Ħenn għalina” • Iben Alla, li fdejt id-dinja. • Spirtu Qaddis Alla. • Trinità Qaddisa Alla wieħed. • Għall-invokazzjonijiet li ġejjin wieġeb, “Itlob għalina” • Imqaddsa Marija. “Itlob għalina” • Imqaddsa Omm Alla. • Imqaddsa Xebba tax-xbejbiet. • Omm ta’ Kristu. • Omm il-Knisja. • Omm tal-grazzja ta’ Alla. • Omm l-iżjed safja. • Omm l-iżjed nadifa. • Omm u xebba. • Omm bla tebgħa. • Omm li tistħoqq l-imħabba. • Omm tal-għaġeb. • Omm tal-parir it-tajjeb. • Omm ta’ min ħalaqna. • Omm ta’ min salvana. • Xebba kollok għaqal. • Xebba li tistħoqq kull qima. • Xebba li tistħoqq kull foħrija. • Xebba kollok setgħa. • Xebba kollok ħniena. • Xebba dejjem marbuta m’Alla. • Mera tal-qdusija. • Tron tal-għerf. • Bidu tal-ferħ tagħna. • Għamara ta’ l-Ispirtu s-Santu. • Għamara ta’ kull grazzja. • Għamara ta’ kull tjieba. • Warda mistika. • Torri ta’ David. • Torri tal-avorju. • Dar tad-deheb. • Arka tar-rabta l-ġdida. • Bieb tas-sema. • Kewkba ta’ filgħodu. • Saħħa tal-morda. • Kenn tal-midinbin. • Faraġ ta’ l-imnikktin. • Għajnuna ta’ l-insara. • Sultana ta’ l-Anġli. • Sultana tal-Patrijarki. • Sultana tal-Profeti. • Sultana ta’ l-Appostli. • Sultana tal-Martri. • Sultana tal-Konfessuri. • Sultana tal-Verġni. • Sultana tal-Qaddisin kollha. • Sultana mnissla mingħajr l-ewwel tebgħa. • Sultana mtellgħa s-sema. • Sultana tar-Rużarju Mqaddes. • Sultana tal-familja. • Sultana tal-paċi. • Ħaruf t’Alla, li tneħhi d-dnubiet tad-dinja: Aħfrilna, nitolbuk, Mulej. • Ħaruf t’Alla, li tneħhi d-dnubiet tad-dinja: Ismagħna, nitolbuk, Mulej. • Ħaruf t’Alla, li tneħhi d-dnubiet tad-dinja: Ħenn għalina. • Itlob għalina qaddisa Omm Alla: • Biex ikun jistħoqqilna dak li wegħdna Kristu. • Nitolbu... • O Alla, li ridt li mat-tħabbira tal-Anġlu, l-Iben tiegħek isir bniedem fil-ġuf tal-Verġni Mqaddsa Marija, agħtina nitolbuk, lilna li nistqarruha Omm Alla, li nkunu megħjunin mit-talb tagħha. • Bl-istess Kristu Sidna. Ammen.

#############################









Content Report
Youtor.org / YTube video Downloader © 2025

created by www.youtor.org