Bambin Iswed
YOUR LINK HERE:
http://youtube.com/watch?v=gwW8DYyGoNU
Din hija cover version tal-kanzunetta ‘Bambin Iswed’ li oriġinarjament ħarġet fl-1977, u kienet miktuba u interpretata minn David Azzopardi. Għal din il-verżjoni, l-kliem tad-diska baqgħu l-istess. Madanakollu l-kanzunetta ġiet imlibbsa b’melodija u ħoss li jirriflettu l-burdata ġenerali tal-istorja li qed tiġi rrakkuntata. • Nistqarr li din il-kanzunetta ġġibli memorji ferm sbieħ ta’ tfuliti. Kull darba li kont nismagħha kont nintasab nimmaġinani karattru f’din l-istorja u nara kollox iseħħ madwari. L-istess ġrali ftit ġimgħat ilu meta ħabib tiegħi saqsieni dwar kanzunetti Maltin ta’ żmien il-Milied u spiċċajt nitkellem b’tant nostalġija dwar ‘Bambin Iswed’ u l-istorja li toffri din il-kanzunetta. • Din il-kanzunetta żgur inkitbet frott l-immaġinazzjoni. Madanakollu tnissel fija sens kbir ta’ apprezzament lejn id-diversità ta’ madwarna. Tnissel fija sens ta’ gratitudni li Alla jħobb lil kulħadd bl-istess mod. • Min jaf kemm-il darba konna aħna stess li waqqafna milli l-imħabba t’Alla tasal għand l-oħrajn! Min jaf kemm-il darba għamilna distinzjoni bejn razza u oħra, poplu u ieħor, jew saħansitra konna indifferenti għall-uġiegħ ta’ persuna, u danakollu għax għandha kulur tal-ġilda differenti minn tagħna. • U dan nagħmluh għax ninsew li qabel KULL razza, qabel KULL reliġjon li tħaddan persuna, hemm BNIEDEM – hemm l-UMAN. U la darba Alla ġie fostna bħala bniedem sabiex iħobbna, aħna wkoll mistednin sabiex inħobbu lil xulxin. (1Ġw4:7-21) • Kemm hu bravu David Azzopardi li saħansitra fl-1977 offrilna din l-istorja daqshekk sempliċi, li faċli tintilef mad-daqq tal-mużika, iżda li meta tieqaf ftit fuqha, issib ħafna x’tomgħod ankè għas-snin tal-lum. • U ejja ma nitilfux is-sens ta’ għaġeb, li bih jistgħaġbu t-tfal, meta dal-Milied nerġgħu naraw lil Bambin Ġesù ġewwa l-maxtura. Dak hu Alla tagħna! Dak hu Alla tagħna li sar bniedem, għalija, għalik, biex isalvana. • Il-Milied it-Tajjeb lil kulħadd! • ------------------------------------------------------------------------- • Vuċi: Roderick White • Vuċi fl-Isfond: Analise Mifsud • Vuċijiet tat-Tfal: Clarissa Camilleri White u Laetitia Camilleri White • Kitba u Mużika Oriġinali: David Azzopardi • Arranġament Mużikali: Analise Mifsud fuq idea ta’ Roderick White • Recording u Produzzjoni: Mirko Galea • Animazzjoni: Matt Stroud • L-ebda ksur tal-jeddijiet tal-awtur m'hu intenzjonat. • #BambinIswed #Milied #Christmas • -------------------------------------------------------------------------
#############################
